|
Merħba fis-sit uffiċjali ta' l-Għaqda Mużikali Vittorja, Naxxar. |
|
Ringrazzjament tal- Festa 2011Il-President , Dr. Michael Farrugia MD MP, flimkien mal-kumitat, jixtieq jirringrazzja, lil membri, partitarji, bandisti, ħbiebna id-delettanti tan-nar, ħbieb u benefatturi, lil- Għaqda tal- Armar, lil Arċipriet Dun Evan Caruana, lil - pulizija taħt it-tmexxija tal- Assistent Kummisarju Raymond Zammit, u lil kul min ta sehem biex għal darboħra kelna festa denja ta' wlied Ommna Marija Bambina. Grazzi mill- qalb u bħal dejjem Viva l- Ghaqda Muzikali Vittorja! Tgħarif dwar is- sit eletronikuDin is-sit ġiet imtella’ f'Jannar tas-sena 2005 wara li nħasset il-ħtieġa li jkollna sit fuq l-internet dwar is-soċjeta` tagħna li ilha mwaqqfa sa mill-1916 imma l-banda twaqfet fl-1989. Għaldaqstant, nixtiequ nistednukom tidħlu f'din is-sit tagħna fejn issiru tafu aktar dwar is-Socjeta` u l-festa li tiċċelebra fil-jum tat- twelid ta' Sidtna Marija.
Barra minn hekk nixtiequ nistednuk ukoll sabiex issegwi is-sit tas-socjeta' biex tkun taf iktar dwar l-attivitajiet li jkunu ser isiru fi ħdan is-soċjeta’.
|