Skola tal- Mużika George Vella


Imwaqqfa fl-2006 wara xewqa ta' ħafna membri,b'mod speċjali ta' l-ex segretarju, il-mibki George Vella, li kien ħalina ħabta u sabta dakinhar li kellha tinfetaħ propju il-ħolma tiegħu, dik li tinfetaħ skola tal-mużika ġewwa is-soċjeta tagħna.

Kienu ħafna li taw is-sehem tagħhom biex min sala bla użu tiġi imdawra f'sala li tilqgħek u ta' użu kbir għal-banda.

Huwa ta' unur għalina, li ngħidu li wara biss sentejn din l-iskola issa tilqa mal-ħamsin alliev u bandist. Imħarġa min għalliema kwolifikati fil-mużika, ma jistax jonqos li l-prodott huwa ta' livell għoli li bih kullmin huwa bandist ikun tħareġ biżżejed biex ikun jista jagħti s-servizz mixtieq lis-soċjeta.

Preżentament l-għalliema huma Is-Surmast Direttur Mro. Roderick Buġeja F.L.C.M. (għalliem tar-ramm u perkussjoni) u l-assistenta Surmast Mro. Christine Vella Msc. F.L.C.M (għalliema tat-teorija u tas-strumenti tal-qasba). Id-Direttriċi ta' l-iskola hija Is-Sinjura Marica Borġ.

Il-Lezzjonijiet issiru hekk:

Mro. Daniel Vella nhar ta Tnejn bejn il-17.15 - 19.30

Mro. Christine Vella nhar ta Ġimgħa bejn il-17.00 - 19.00

Imla il-formola biex tibda tigħallem il-Mużika mal-banda tagħna.

Għal aktar informazzjoni għandek iċċempel lill Marica Borġ fuq 77003044 jew billi tibgħat email fuq banda@bandavittorjanaxxar.net

Bandisti&Allivi2009
Bandisti, Allievi, Diriġenti tal-iSkola Tal-Mużika,Għalliema
Surmast u Assistent Surmast 2009


 

School