Skeda u Rotot tal- Marċijiet mat-toroq tan- Naxxar

bejn il-Ġimgħa 3 ta' Settembru u l-Erbgħa 8 ta' Settembru.


Il- Gimgha 3 ta' Settembru: Marċ ta' qabel it- Tridijiet

Jibda: 20.30
Toroq: Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi fit-toroq: Il-Forġa, Il-Minfaħ, Leli Falzon, Ġużeppi Stivala, Il-Kbira, Is-Salib, Il-Ġdida, Labour Avenue u tispiċċa fil- Pjazza.

Is- Sibt 4 ta' Settembru: L-ewwel jum tat- Tridu

Jibda: 20.30
Toroq: Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi minn Triq l-Għenieq, madwar il-Bini tal- Gvern u s-Sgħajtar, 21 ta' Settembru, l-Ifran, Sta. Luċija u l-Pjazza.

It- Tnejn 6 ta' Settembru: Il- Marc il- kbir maghruf ukoll bhala ta Lejliet lejlieta

Jibda: 20.30
Toroq: Il-Banda Vittorja ddoqq il-marċ il-kbir tradizzjonali tagħha fost il-briju spettakolari tal-partitarji matul it- Toroq San Ġwann u Sta. Luċija fejn imbagħad jispiċċa fil-Pjazza.

It- Tlieta 7 ta' Settembru: Il- Marc ta Lejlieta

Jibda: 19.30
Toroq: Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi matul it-Toroq Ġiużeppi Stivala, Sejjieħ, Leli Falzon, Nutar Emmanuel Debono, Parroċċa, Pjazza Toni Bajada u Pjazza Vittorja. Wara dawn, il-banda akkumpanjata mill-istatwa maestuża ta' Marija Bambina tkompli ddoqq fi t-Toroq Labour, 21 ta' Settembru, Żenqa u Santa Luċija fejn nispiċċaw quddiem il-każin bil-kant tal- Ave Maria mil-gallerija tal-Każin mil-vuċi tan- Naxxarija Mary Spiteri hekk kif il-vara titelgħa fuq il- pedestal tagħha.

L- Erbgha 8 ta' Settembru: Il- Marc Filghodu

Jibda: 11.00
Toroq: Nhar il-festa filgħodu, il-Banda Vittorja tallegra lill-folla li takkumpanjaha matul it-toroq Santa Luċija, Fran, 21 ta' Settembru, Labour, Ġdida, Salib, Mdina, Kbira u Pjazza. Jispiċċa wara li jitgawda l-aqwa tal-briju mill-partitarji entużjasti tagħna ħdejn il-Każin.


Il-Banda tkun dejjem taħt id-direzzjoni
tas-Surmast Direttur, Mro. Roderick Bugeja F.L.C.M.

Attivitajiet Oħra

School Advert