Mill-bidu ta’ l-esistenza ta’ l-Għaqda Mużikali Vittorja fl’1916, kien hemm ix-xewqa li din l-għaqda tkun waħda mużikali, imma kien biss 1989 li din ġiet inawgurata bħala banda.
Fl’ 1984 kienet l-ewwel darba li s-soċjeta, kienet għaqdet banda biex jindaqq marċ fil-festa ta’ Santa Luċija fin-Naxxar stess. L-istess sar fis-sentejn ta’ wara bl’għajnuna ta’ Mro. Evan Borġ. Imma sa dak iż-żmien l-għaqda ma kelliex funzjoni ta’ banda.
Fl-1986 il-kumitat tal-festa flimkien mal- kumitat ta’ l-Għaqda Mużikali ‘Peace’, xtaqu ibiddlu it-triq tal-marċ tas- 6ta’ Settembru, marċ magħruf aħjr bħala il-marċ il-kbir, fejn kien popolari ħafna man-Naxxarin speċjalment maż-żgħażagħ, peress li kin l-ikbar marċ tal-briju. Din i-xewqa twetqet fejn il-marċ minflok għada mit-triq Santa Luċija għadha min Labour Avenue.
Meta iż-żgħżagħ flimkien ma xi naxxarin oħra, li ma qablux ma din id-deċiżjoni, raw dan, għaqdu kumitat u ġabu il-banda San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop, biex idoqq il-marċ mit-toroq tradizzjonali. Xħin raw is-suċċss li kellhu dan il-marċ, il-kumitat tal-festa flimkien ma’ l-arċipriet, bdew iħallsu huma għal-dan il-marċ.
Kien għalek li membri ta’ l-Għaqda Vittorja ġabru il-firem u sejħu lagħqa ġenerali biex titressaq mozzjoni biex is-soċjeta tinbidel u issir Għaqda Mużikali Vittorja. Il-laqgħa saret nhar il-Ħadd 7ta’ Frar 1988, u b’votazzjoni sigrieta, l-unika waħda li qatt saret fis-soċjeta, ġiet imħabbra li din il-mozzjoni għadiet u għadiet maġġoranza kbira. Il-ferħ ta’ dawk preżenti kien ċar u mil-ewwel bdew il-preparativi biex tiġi iffurmata banda kif sippost.
Il-kumitat, li ġa kellhu relazzjoni tajba mas- Surmast Evan Borġ,illum is-Surmast tal-Banda tal- Forzi Armati ta’ Malta, ħatar lil dan i-surmast bħala l-ewwel wieħed tagħha. Fl- 1ta’ Settembru 1989 ġiet inawgurata il-banda flimkien ma’ l-ewwel strumentaturaa li kienet tinkonsisti f’katuba, piatti, side drum, 4 klarinetti u 4 kurunetti. Dik is-sena, propju tlett ijiem wara li l-banda ħadet sehem għal-ewwel darba fil-festa ta’ Marija Bambina; fl-ewwel tridu (4 ta’ Settembru), fil-marċ il-kbir mit-toroq tradizzjonali (6ta’ Settembru), Lejliet il-festa (7ta’ Settembru) u l-marċ ta’ filodu (8ta’ Settembru).
X’ħin il-kumitat ra kemm l-attendenza f’dawn il-marċijiet kienet kbira u intweriet xewqa kbira ta’ tagħlim tal-mużika fi ħdan is-soċjeta, ħatar lis- Sur Edwin Pace bħala l-ewwel għalliem u Assistent Surmast f’Ottubru ta’ l-1989.
Il-lezzjonijiet bdew fejn l-ewwel alliev ta-soċjeta’ kien iż-żagħżugħ Stefan Aġius, fejn imbad flimkien ma’ 11-il tifel u tifla ħarġu idoqqu mal-banda fil-festa ta’ l-1991, bl-istrumenti li daqqu kienu 7 klarinetti, kwartin, sax Alto u Sax Tenur. Fl-1994 kienet is-sena li fiha ħarġu għal-ewwel darba bandisti li jdoqqu ir-ramm eżattament 4 kurunetti.
Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kienet l-unika eveniment li l-banda tagħna għada ma daqqietx fih. Wara insistenza mas-surmast il-banda tagħna daqet għal-ewwel darba fil-purċissjoni ta’ l-1994 flok il-banda Imperial tal- Mellieħa prpju quddiem l-istatwa sabiħa ta’ Ġuda.
Ix-xewqa li l-banda tagħmel programm strumentali kienet ilha tberen fil-moħħ tal-kumitat u kien propju fid- 19ta’ Mejju 1995, li l-banda esegwiet program mil-aqwa ġewwa l-orotorju tan-Naxxar f’jum in-Naxxar orgonizat mil-Kunsill Lokali. Kien wieħed mil-aqwa programmi li qatt ġie esegwit mil-baned f’dak iż-żmien mil-baned maltin. Sfortuntament dan il-program li kien issir darba fis-sena mgħadux jiġi organizat mill-kunsill lokali.
28ta’ Lulju 1996 kienet ġurnata oħra storika għal-banda, dan għaliex f’din id-data il-banda daqet għal-ewwel darba barra min-Naxxar, propju ġewwa is-Sannat Għawdex fil-marċ ta’ filgħodu tal-festa ta’ Santa Margeita.
Fl-1998 il-kumitat ħatar sumast ġdied biex imexxi il-banda, is-Surmast Alfred Farruġia, u flimkien miegħu ħatru lis-Sur Dione Bonniċi bħala għalliem tar-ramm, b’hekk issa is-soċjeta kellha żewġ għalliema u surmast. dan sar peress li l-amont ta’ allievi kien kiber wisq biex għalliem wieħed ilaħħaq magħhom u jagħti dak kollhu li vera ikun imissu kull alliev.
Matul dan iż-żmien kollhu il-kumitat ra kif għamel biex dejjem sebbaħ il-lokal kif ukoll ra li l-armar fil-festa dejjem ikun mill-isbaħ, għaldaqstant fid-19 ta Settembru 1998 wara programm vokali u strumentali imexxi mis-Surmast Farruġia, l-ewwel wieħed li sar quddiem il-każin. Ġie inawgurat l-arkivju mill-isbaħ li is-soċjeta tant tgħożż. Dan barra il-majestożita tiegħu, kien ta’ għajnuna kbira biex il-mużika li għanda is-soċjeta tiġi merfgħuha fih u tagħmila iktar aċċessibli għas-Surmast biex jagħżel xi mużika.
Dan il-program tant mar tajjeb man-nies kif ukoll tant kemm kien ta’ livell għoli l-kumitat dejjem żamm id-data tat-2 ta’ Settembru bħala il-ġurnata tal-program tal-festa, data li għada tinżamm sal llum.
Is-Surmast Farugia, ta’ surmast li dejjem xtaq it-tkabir tal-banda wera ix-xewqa li jibda issir programm ieħor fis-sena, dak ta’ żmien il-Milied. Mill-ewwel, il-kumitat aċċetta din il-proposta u propju fil Milied ta’ l 999 sar l-ewwel programm fil-Milied.
Is-sena 2000 kienet sena ta’ muvument qawwi fil-banda, dan għaliex sar tibdiel sħieħ fid-direzzjoni tal-banda, fejn il-kumitat wera ix-xewqa li jkun hemm team żagħżugħ li jmexxi l-banda għal-futur, fil-fatt din il-bidla saret u inħatar Surast, Assistent Surmast u għalliem ġdied. Dawn kienu Mro roderick Buġeja bħala surmast direttur u għalliem tar-ramm, perkussjoni u flawt, Marco Mifsud bħala għalliem tal-klarinetti u Assisetnet Surmast, u l-mużiċista tal-post Christine Vella bħala għaliema tas-Saxaphones. F’din is-sena wkoll ġiet iffurmata il-kummissjoni banda, fejn erbgħa bandisti u ġenitur iffurmaw kummisjoni li tgħen lis-surmast kif ukoll toħloq attivitajiet għal bandisti u allievi.
Is-sena 2002 ija sena mill-isbaħ li fiha l-banda għamlet pass ieħor ta’ ġgant. Nhar l-4ta’ April il-banda tagħna maret ġewwa ir-Repubblika Ċeka eżattament ġewwa Praga, fejn hemmhekk daqet marċ fuq il-magħruf ‘Charles Bridge’ biex tipromwovi il-festa maltija ġewwa r- Repubblika Ċeka. Kien avveniment indimetakabli u żgur li jinkibet fl-istorja ta’ l-Għaqda b’ittri tad-deheb.
F’din is-sena reġa kien hemm tibdiel fis-sistema tat-tgħalliem, fejn wara ir-riżenja min għalliem u assistent surmast ta’ Marco Mifsud, Christine Vella ġiet maħtura l-ewwel Assistent Surmast mara ġewwa in-Naxxar kif ukoll l-ewwel bandista tal-post li laħqet dak il-grad.
Min dak iż-żmien Mro. Buġeja u Mro. Vella flimkien mal- kummissjoni banda, dejjem raw x’jistgħu jagħmlu biex dejjem iħeġġu iktar tfal jitgħlmu il-banda u fli-istess ħin iżommu l-allievi li kien hemm diġa. Mro. Vella ħarġet bl’inizjativa ġdieda, program ġdied, It-Talent Żagħżugħ, kunċert magħmul kollhu mil-allievi u bandisti tal-post biss. Fid-29ta’ Marzu 2003, sar l–ewwel Talent Żagħżugħ li kien suċċess, Tant kemm sar maħbub mil-bandisti u l-allievi li sar bħala inizjativa biex ikomplu jistudjaw.
Il-Banda tagħlaq 15-il sena. 2004, sena indimentikabbli.Il-president, is-sur Anthony Catania min dejjem rit iħalli rigal kbir u sabiħ u li jibqa aprezat min kullħadd għal dejjem. Kien għalek li s-sur Catania ikomisjona lil bravu kompozitur malti Mro. Ray Sciberras biex jikomponi Canata fuq poeżija li kien kiteb il-qassis Naxxari Dun Anton Sciberras. Kien proġett abbizjuż għal-banda żgħira bħal m’hi l-Għaqda Mużikali Vittorja Naxxar. Malli din il-komposizzjoni kienet lesta, din ġiet irekordjata u mil-ewwel noti tagħha, din ġiet desgrita bħala l-aqwa cantata li qatt kien kiteb Mro. Sciberras.
Fis-17 ta’ April 2004 is-Surmast żagħżugħ tagħna Mro. Roderick Buġeja ħejja program mill-isbaħ biex din il-cantata bl’isem ‘Bi Twelidek rebaħħtna’, tiġi eżegwita għal-ewwel darba fil-pubblika. Is-Sala Sir Temi Żammit ġewwa l-Universita kienet mimlija daqs bajda. Hekk kif spiċċat il- cantata in-nies qamu bil-wieqfa iċċapċu għal dak il-kapulavur li bih il-banda ġiet magħrufa ma’ Malta kollha. Ta’ minn jinnota ukoll li propju fdan il-program ġew iregalati set Timpani.
Suċċess ieħor li kisbet il-banda tagħna kien propju fis-7 ta’ Ġunju 2008, fejn il-banda għal-ewwel darba eżegwiet program sturmetali fuq il-pjanċier tal-banda 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ lejliet il-festa ta’ San Filep t’Aġira.
Fil-programm tal-festa fl’ 2005 il-kummissjoni Żagħżagħ għmlet donazzjoni ta’ Drum Kit lil-banda, strument li kien ilu biex jiġi mixtri. L-istess ġara fl-2007 fejn is-Sinjura Grace Gatt ireggalat pjanu kif ukoll fl-2008 iregalat Gong. Dawn huma ftit mid-donazzjonijiet mużikali li irċevejna. Listrumenti li tiposejedi is-soċjeta ħafna minnhom ġew mogħtija matul iż-żmien kif ukoll il-kumitat xtara strumenti li kien hemm bżonn fil-mument.
Min wara is-sena li l-banda esegwiet il-Cantata, l-Għaqda Mużikali Vittorja Naxxar gawdiet u għada tgawdi repetuzzjoni qawwija. Il-program annwali tat- 2ta Settembru huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa programm li jiġu imtella fiż-żmien il-festi, it-Talent Żagħżugħ huwa meqjus bħala l-aqwa kunċert organizzat għal-bandisti tal-post kif ukoll il-marċijiet li l-banda idoqq kemm funebri kif ukoll festivi huma ta’ l-aqwa kompġożituri maltin. Xhieda ta’ dawn huma is-servizzi li għamlet fil-lokalitajiet madwar Malta fosthom, Marsa (Trinita Imqaddsa), Belt Valletta ( Madonna Tal- Karmnu u ta’ L’Iesse), San pawl il-Baħar (Duluri), Rabat (San Pawl), Ħamrun (San Ġejtanu), Imsida ( San Ġużepp), Ħaż-Żebbuġ (San Filep), Kalkara ( San Ġużepp), Ħal-Qormi (San Sebastjan) u Gżira ( Madonna tal-Karmnu). Bħalissa bandisti tal-post insibu 33 waqt li allievi insibu ftit iktar min 10. Dan kollhu juri futur sabiħ għal-banda tant maħbuba min-Naxxarin